Melania Trump tappella għall-għaqda razzjali fl-Istati Uniti

Il-First Lady Amerikana Melania Trump għamlet appell emozzjonanti għall-għaqda razzjali fl-Istati Uniti. Hija għamlet dan permezz ta’ diskors li għamlet mill-White House li kien imxandar b’mod dirett fil-konvenzjoni tal-Partit Repubblikan.

“Waqqfi l-vjolenza,” hija saħqet hekk kif il-protesti komplew b’rabta ma’ sparatura tal-Pulizija f’Wisconsin.

Hija ħeġġet lill-poplu Amerikan biex jieqfu jagħmlu l-assunzjonijiet abbażi ta’ razza u għamlet referenza għall-istorja tal-Istati Uniti.

Il-President Donald Trump attwalment jinsab qed isegwi lill-kandidat Demokratiku Joe Biden f’diversi stħarriġ li saru b’rabta mal-elezzjoni presidenzjali f’Novembru.

Trump mistenni li jindirizza l-għeluq tal-konferenza tar-Repubblikani għada l-Ħamis.

Share With: