Messi jkompli jinsisti biex jitlaq lil Barcelona

L-istilla Arġentina, Lionel Messi, talab uffiċjalment biex jitlaq lil Barcelona permezz ta’ komunikat uffiċjali. Il-player ta’ 33 sena talab biex tiġi attivata l-klawsola li għandu fil-kuntratt biex iħalli Spanja u jmur jilgħab f’xi kampjonat ieħor.

Minkejja din id-dikjarazzjoni, it-team Katalan għamel il-pożizzjoni tiegħu ċara li l-klawsola ta’ Messi tiswa €700 miljun u mhux beħsiebhom ibiddlu din il-verżjoni. Fis-sigħat li għaddew l-ogħla awtoritajiet immexxija mill-president, Josep Maria Bartomeu, iltaqgħu biex jiddiskutu b’urġenza dan il-każ.

Sadanittant l-ex player internazzjonali Ingliż Rio Ferdinand qal li l-coach ta’ Chelsea Frank Lampard hu interessat fis-servizzi ta’ Messi. Huwa sostna li l-coach ta’ Chelsea kapaċi jipperswadi lil dak li jkun u ma tkunx sorpriża li jara lil dan il-player jilbes il-flokk blú tat-team.

Share With: