Mesut Ozil se jitlaq lil Arsenal kif jiskadilu l-kuntratt

L-aġent ta’ Mesut Ozil kien tal-opinjoni li l-player tiegħu se jitlaq lil Arsenal fis-sena 2021. Madankollu huwa ċaħad li l-player Ġermaniż jista’ qatt iħalli lil Gunners matul dan is-sajf.

Ozil naqas milli jiġi inkluż fl-aħħar 12-il partita tal-kampjonat Ingliż sa minn meta reġa’ kompla l-istaġun wara l-waqfa sfurzata kawża tal-pandemija tal-Covid-19. Fil-fatt il-manager, Mikel Arteta, ftit deher li ried jagħti fiduċja lil dan il-player ta’ esperjenza u għalhekk bosta drabi beda minn fuq il-bank tas-sostituti.

Il-kuntratt tal-player ta’ 31 sena jiskadi fl-aħħar tal-istaġun li ġej bit-team minn Londra mhux mistenni jġedded il-ftehim mal-istess Ozil.

Ozil ingħaqad ma’ Arsenal fis-sajf tas-sena 2013 fejn lagħab 184 partita u skorja 33 goal.

Share With: