“Mhux minnu li jien u l-istaff tiegħi ninsabu fi kwarantina” – Ministru Clint Camilleri

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, fuq Facebook, qal li l-aħbar li qed tiġri fuq il-midja soċjali li hu u l-istaff tiegħu jinsabu fi kwarantina wara li attendew Ħondoq By Night, hija “falza.”

Huwa kien qiegħed jirreferi għar-rapporti li xi wħud bdew ixerrdu fuq il-midja soċjali li hemm nies infettati bil-COVID-19 b’rabta’ mal-attività Ħondoq By Night. Il-Ministru Camilleri qal “illi kkonsultajt mal-Awtorità tas-Saħħa, u din hi aħbar falza.”

Share With: