Mijiet ta’ dimostranti arrestati f’Berlin wara protesto kontra l-miżuri tal-coronavirus

Il-Pulizija f’Berlin arrestaw mat-300 dimostrant waqt protesti kontra r-restrizzjonijiet fil-Ġermanja kontra l-pandemija tal-coronavirus.

Madwar 38,000 persuna niżlu fit-toroq tal-belt f’dawk li fil-biċċa l-kbira tagħhom kienu protesti paċifiċi.

Madankollu aktar tard mijiet ta’ dimostranti, l-aktar mil-lemin estrem, ipprovaw jidħlu b’forza fir-Reichstag, il-parlament federali Ġeramniż.

Dan wassal biex il-pulizija tarresta lil numru ta’ dimostranti, b’politiċi Ġermaniżi jikkundannaw l-attakk bħala wieħed “tal-mistija” u “inaċċettabbli”.

Aktar kmieni mal-200 persuna ġew arrestati f’rally separata, li l-awtoritajiet qed jisħqu li kienet organizzata mil-lemin estrem. Dan ir-rally kien ikkaratterizzat minn tfigħ ta’ ġebel u fliexken.

Diversi rallies oħrajn żvolġew fi bliet oħrajn Ewropej, b’uħud mid-dimostranti jsejħu l-virus bħala “hoax”.

Fost oħrajn protesti simili żvolġew f’Londra, Pariġi, Vjenna u Zurich.

Share With: