Milan qed juru intererss fi Brahim Diaz

AC Milan qed ikomplu jkunu attivi fis-suq tat-trasferimenti u l-ispekulazzjonijiet mhux jonqsu lanqas. L-aħħar isem li qed jissemma’ hu dak tal-player ta’ nofs il-ground ta’ Real Madrid Brahim Diaz.

Dan tal-aħħar għandu 21 sena u qed jittama li jsib destinazzjoni fejn ikun jista’ jilgħab football regolari.

Min-naħa tagħhom, Los Blancos ċaħdu li se jkunu qed ibigħuh għal kollox u għalhekk qed jaħsbu fuq possibbiltá ta’ self.

Diaz lagħab 21 darba ma’ Real Madrid mindu ngħaqad magħhom minn ma’ Manchester City f’Jannar 2019 u skorja żewġ goals.

Share With: