Milan wara Matteo Pessina

AC Milan iridu jakkwistaw lill-player ta’ nofs il-ground ta’ Atalanta, Matteo Pessina. Huwa għandu 23 sena u matul l-istaġun li għadda kien misluf lil Hellas Verona. Matul dawn ix-xhur huwa lagħab 35 darba ma’ Gli Scaligeri u skorja seba’ goals. 

Ir-Rossoneri qed jippreparaw somma ta’ €12-il miljun għalih fit-tentattiv li jiksbu s-servizzi tiegħu. Il-coach ta’ Milan Stefano Pioli jogħġbu ferm l-istil ta’ logħob li jilgħab Pessina. Kien huwa stess li ta parir sabiex jaslu għal dan il-player li diġá kien reġistrat ma’ Milan għalkemm qatt ma lagħab filwaqt li kien misluf lil Monza, Lecce, Catania u Como.

Pessina lagħab disa’ darbiet mat-team nazzjonali ta’ taħt il-21 sena.

Share With: