Moise Kean b’self ma’ Juventus?

Il-club mill-Premier League Ingliż, Everton, qed jikkunsidraw li jagħtu b’self lil Juventus lill-attakkant żagħżugħ Moise Kean. Huwa għandu 20 sena u ftit tas-snin ilu kien jifforma parti mill-iskwadra li tilgħab fl-Allianz Stadium.

Kean qed isibha diffiċli li jidra l-ambjent f’Goodison Park u huwa għalhekk li l-coach tat-Toffees Carlo Ancelotti mistenni jħallih imur fil-belt ta’ Turin biex jibda l-istaġun hemmhekk.

Kean skorja biss żewġ goals f’29 ħarġa għall-club minn Merseyside. Sena ilu, huma kienu kisbu s-servizzi tiegħu għas-somma ta’ €29 miljun. 

Share With: