Napoli jinsistu fuq Jeremie Boga

Napoli offrew is-somma ta’ €25 miljun lil Sassuolo sabiex jaslu għall-attakkant Jeremie Boga Sassuolo mill-Ivory Coast li għandu 23 sena.  

Minkejja din l-offerta tal-Partenopei, Sassuolo mhux kuntenti u jridu mill-inqas €40 miljun biex iħalluh jitlaq. 

Iżda l-coach ta’ Napoli, Gennaro Gattuso, qed jinsisti li jiffirma lil Boga minħabba li qed jarah bħala player ideali fil-pjan tattiku tiegħu.

Boga ingħaqad man-Neroverdi f’Lulju 2018 u lagħab 62 darba magħhom f’żewġ staġuni. Huwa skorja 11-il goal u kkontribwixxa għal erba’ assists fl-34 partita matul dan l-istaġun.

Share With: