Napoli wara Josip Brekalo

Napoli huma interessati fil-winger offensiv ta’ Wolfsburg Josip Brekalo.

Il-player ta’ 22 sena hu meqjus bħala wieħed versatili fejn kapaċi jilgħab fi tliet pożizzjonijiet differenti fl-attakk għalkemm l-aqwa tiegħu joħorġu meta jilgħab fuq in-naħa xellugija tal-ground.

Brekali huwa Kroat u lagħab 11-il logħba mat-team nazzjonali ta’ pajjiżu. Huwa jinsab taħt kuntratt mat-team Ġermaniż sa Ġunju 2023.

Hu stmat li Breakalo jiswa madwar €20 miljun għalkemm Wolfsburg jistgħu jinnegozjaw bi €18-il miljun.

Matul l-istaġun li għadda dan il-player skorja seba’ goals u wettaq seba’ assists lil sħabu f’41 logħba kompetittiva li kellu ma’ Wolfsburg.

Atalanta qed jitolbu s-somma ta’ €20 miljun għalih. Matul dan l-istaġun huwa lagħab 33 partita kompetittiva mal-Bergamaschi fejn skorja żewġ goals u wettaq tliet assists.

Share With: