Neco Williams jiffirma kuntratt ma’ Liverpool

Id-difensur ċentrali minn Wales, Neco Williams, għadu kemm iffirma kuntratt ta’ ħames snin maċ-champions Ingliżi Liverpool FC. Dan tal-aħħar għandu 19-il sena u spikka ferm fit-team taż-żgħażagħ tal-istess team u kien qed jilgħab regolari f’din il-kategorija. 

Matul l-istaġun li għadda Williams lagħab sitt darbiet mat-team tal-kbar u fisser dawn il-mumenti bħala uniċi f’ħajtu.

Il-coach ta’ Liverpool, Jurgen Klopp, faħħar il-kwalitajiet tekniċi li għandu dan il-player u spjega kemm għandu futur mill-aqwa quddiemu.

Il-player li twieled fil-belt ta’ Wrexham, minn dejjem kien jifforma parti minn Liverpool tant li trawwem fl-akkademja tal-club.

Share With: