Neville Gafà se jiġi mressaq il-Qorti fuq akkużi ta’ theddid fil-konfront ta’ ġurnalist Taljan

L-eks impjegat fl-uffiċċju tal-Prim Ministru Neville Gafà fl-aħħar ħin kiteb fuq il-profil tiegħu li għadu kemm ġie infurmat mill-awtoritajiet, li wara investigazzjoni li saret fil-konfront tiegħu, fejn anke kien imsejjaħ għal interrogazzjoni, se jkun qed jiġi mressaq il-Qorti fuq akkużi ta’ theddid fil-konfront ta’ ġurnalist Taljan.

Huwa kompla biex jgħid li fil-ġimgħat li għaddew saret pressjoni kbira fuq l-awtoritajiet Maltin biex dawn jitolbu lill-Pulizija Maltija tipproċedi kontrih, “fosthom minn għaqdiet li l-aġenda tagħhom hija kompletament differenti minn tagħna l-Maltin. Għaqdiet li jgawdu l-appoġġ saħansitra ta’ xi wħud suppost Maltin bħalna”.

Filwaqt li elenka parti mil-lista ta’ organizzazzjonijiet li għamlu pressjoni biex jiġi investigat qal li b’umilta’ se jkun qed jitlob l-appoġġ morali tal-poplu Malti u Għawdxi u wiegħed li se jkompli jiġġieled sabiex Malta ma tispiċċax kamp tar-refuġjati.

Share With: