New Zealand mistennija testendi l-lockdown f’Auckland għal 12-il ġurnata

Il-Prim Ministru ta’ New Zealand, Jacinda Ardern ħabbret estensjoni ta’ 12-il ġurnata fir-restrizzjonijiet tal-pajjiż b’rabta mal-COVID-19, wara li nstab cluster ta’ 29 persuna. 

Fi New Zealand hemm erba’ livell ta’ allarm, u f’Auckland dan qiegħed fit-tielet livell mill-Erbgħa. Il-kumplament tal-pajjiż qiegħda fuq livell 2, iżdas fiż-żewġ każi l-miżuri se jiġu estiżi. 

New Zealand għamel suċċess biex iwaqqaf il-Coronavirus u dam 102 ġranet mingħajr ma kien hemm trażmissjoni fil-komunità. 

Ardern qalet li d-deċiżjoni li testendi r-restrizzjonijiet hi bbażata fuq il-filosofija tal-pajjiż li jattakkawha bis-saħħ u mill-bidu. 

Share With: