Nicolo Zaniolo fir-radar ta’ Juventus

AS Roma jixtiequ jżommu lill-playmaker tagħhom Nicolo Zaniolo għalkemm iridu joqogħdu attenti mill-pressjoni taċ-champions Taljani Juventus li qed jinsistu għall-firma tiegħu.

Il-Bianconeri qed joffru €60 miljun għalih bid-diriġenti minn Turin  lesti jagħtuh salarju attraenti.

Sadanittant Juventus lesti wkoll li joffru tnejn mill-players tagħhom, jiġifieri Federico Bernardeschi u Cristian Romero, lil Roma fit-tentattiv li jnaqqsu l-prezz tal-player żagħżugħ. 

Zaniolo spikka ferm kemm ilu li ngħaqad mat-team mill-belt kapitali Taljana fis-sena 2018 fejn skorja 10 goals fi 52 partita. Huwa lagħab ukoll ħames partiti mat-team nazzjonali Taljan u skorja żewġ goals.

Share With: