Nikola Maksimovic jista’ jitlaq lil Napoli

Hekk kif Kalidou Koulibaly jinsab ferm viċin li jitlaq lil Napoli, b’sorpriża hemm ukoll id-difensur l-ieħor Nikola Maksimovic li jista’ jitlaq minn Stadio San Paolo fil-jiem li ġejjin.

Jidher li dan il-player ta’ 28 sena xejn ma ħa gost li l-coach, Gennaro Gattuso, ħallih barra mill-ewwel ħdax li lagħbu kontra Barcelona fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Minflok huwa lagħab lil Manolas u lill-istess Koulibaly li probabbilment lagħab l-aħħar logħba mal-Partenopei.

Sadanittant Maksimovic qed jiġi mfittex  minn Everton li huma mmexxija minn Carlo Ancelotti li diġa’ kellu ċ-ċans jikkowċjah fiż-żmien meta kien ma’ Napoli.

Wieħed irid jara x’se jkun il-pass li jmiss għal Maksimovic li qed jaħsibha bil-kbir biex jibda avventura ġdida.

Fil-passat, Maksimovic lagħab ukoll ma’ Red Star Belgrade, Torino u Spartak Moscow.

Share With: