Oħt Michael Jackson fost dawk li fakkru għeluq sninu … kieku llum għalaq 62 sena

Oħt Michael Jackson sellmet il-memorja ta’ ħuha hekk kif awguratlu f’għeluq sninu. Illum kellu jimmarka l-għeluq it-62 sena tar-Re tal-Pop u f’dan il-jum oħtu La Toya ma naqsitx milli tikkumplimentah għal dak li kien.

Jackson miet nhar il-25 ta’ Ġunju tal-2009 fl-eta ta’ 50 sena waqt li kien għaddej bil-preparamenti għall-kunċert This Is It. Jidher li kienu ġew amministrati lilu mediċini qawwija, u hemm min saħansitra allega li nqatel mit-tobba. Iċ-ċerimonja tal-funeral tiegħu kienet ixxandret dirett fuq it-televiżjoni mad-dinja kollha, u b’kollox rawha madwar biljun ruħ.

Din mhijiex l-ewwel darba li La Toya faħħret lil ħuha hekk kif is-sena li għaddiet fakkritu bħala artist li ma jista’ jiġi kkumparat mal-ebda artist ieħor.

Share With: