Olivier Giroud mhux inkwetat bil-kompetizzjoni ma’ Timo Werner

L-attakkant internazzjonali Franċiż, Olivier Giroud, tkellem fuq iż-żmien tiegħu ma’ Chelsea u l-wasla tal-iskorer prolifiku Ġermaniż, Timo Werner. L-attakkant veteran Franċiż qal li l-wasla tal-player żagħżugħ ex Leipzig mhux qed ibeżżgħu … anzi jimmotivah dejjem aktar sabiex jagħti l-mija fil-mija tiegħu.

Fuq il-futur tiegħu fi Stamford Bridge, Giroud qal li għad għandu sena kuntratt ieħor mat-team minn Londra u beħsiebu jonorah sal-aħħar. Huwa qal li jekk ikollu ħafna motivazzjoni, lest li jibqa’ jilgħab mal-Blues għalkemm għad irid jara xi affarijiet.

Giroud ingħaqad ma’ Chelsea fis-sena 2018 u minn dakinhar huwa lagħab 58 partita u skorja 13-il goal.

Share With: