Pajjiżna diġà allokat għal 330,000 doża f’każ ta’ żvilupp ta’ vaċċin

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne għadu kemm ħabbar li f’każ ta’ żvilupp ta’ vaċċin għall-Covid-19 fil-ġimgħat li ġejjin, Malta hija diġà allokata għal 330,000 doża. 

Dan ifisser li se nkunu wieħed mill-ewwel pajjiżi li nipproteġu lill-vulnerabbli u l-frontliners. Fearne żied jgħid li wara se jkollna aktar dożi għall-poplu kollu.

Share With: