Passiġġiera ssofri ġrieħi gravi wara ħabta bejn żewġ vetturi f’Ħ’Attard

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:45 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Gradilja, Ħ’Attard. 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li kien hemm impatt bejn vettura ta’ tip Volkswagen Golf misjuqa minn ġuvni ta’ 22 sena residenti San Pawl il-Baħar u vettura ta’ tip Kia misjuqa minn raġel ta’ 70 sena residenti San Pawl il-Baħar. 

Mar-raġel ta’ 70 sena, kien hemm passiġġiera, mara ta’ 71 sena residenti San Pawl il-Baħar, li sofriet xi ġrieħi. 

Fil-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-passiġġiera l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Aktar tard il-mara ġiet iċċertifikata li qed isofri min ġrieħi gravi. 

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja. 

Share With: