Paul Pogba minflok Paulo Dybala?

Juventus huma ppreparati biex joffru lil Paulo Dybala lil Manchester United fit-tentattiv li jiksbu lura lil Paul Pogba qabel ma’ dan jiffirma kuntratt ġdid.

Il-coach il-ġdid ta’ Juventus, Andrea Pirlo, irid lura lil Pogba minħabba l-esperjenza li għandu f’nofs il-ground.

Dybala, li rebaħ l-aqwa player tas-Serie A għall-istaġun li għadda, huwa meqjus bħala żejjed fil-pjan tattiku ta’ Pirlo.

Bosta osservaturi u kritiċi tal-football Taljan dehru dubjużi dwar din l-aħbar li ħarġet minħabba li jqisu lil Dybala bħala player fundamentali fl-iskwadra taċ-champions.

Madankollu huwa fatt magħruf li Pirlo mistenni jdaħħal stil ġdid fi ħdan il-Bianconeri u donnu li jgħaddi mingħajr l-istilla Arġentina.

Pirlo lagħab ma’ Paul Pogba bejn l-2012 u l-2016 u miegħu rebaħ ħames kampjonati tas-Serie A.

Share With: