Paul Pogba mistenni jġedded ma’ Manchester Utd

Il-midfielder offensiv internazzjonali Franċiż, Paul Pogba, mistenni jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Manchester United.

Minkejja li kien hemm mumenti fejn il-player ta’ 27 sena kien qed jissemma’ li jista’ jitlaq minn Old Trafford, f’dawn l-aħħar jiem żdiedet it-tama li l-ex player ta’ Juventus jiftiehem mill-ġdid mad-diriġenti tar-Red Devils biex ikompli jilgħab magħhom. 

Huwa mifhum li Pogba se jiddiskuti l-kuntratt u s-salarju tiegħu ladarba tispiċċa l-fażi tal-UEFA Europa League.

Pogba lagħab 108 partiti ma’ Manchester United u skorja 25 goal. Qabel ma ngħaqad ma’ Juventus, huwa kellu wkoll esperjenza oħra fil-belt ta’ Manchester bejn is-snin 2011 u 2012.

Share With: