Pauolo Dybala vvutat l-aqwa player tas-Serie A

L-attakkant ta’ Juventus, Paulo Dybala, ġie magħżul l-Iktar Player ta’ Valur (Most Valuable Player (MVP) tas-Serie A, wara li l-Lega ħabbret il-klassifika tagħha tal-aqwa players għall-istaġun 2019-20.

“Il-kejl tal-prestazzjoni huwa bbażat fuq l-istatistiċi uffiċjali tal-Lega Serie A, li tirrap­preżenta l-kriterju xjentifiku oġġettiv tal-aħjar ta’ dan l-istaġun,” spjega l-kap eżekuttiv tas-Serie A, Luigi De Siervo.

“Irnexxielna nikkonkludu b’determinaz­zjoni kbira, u negħlbu diffikultajiet infiniti. Kienet sena anomala, bi tmiem kompressat, iżda dawn il-players irnexxielhom juru t-ta­lent tagħhom fil-logħbiet kollha li lagħbu, u dawlu l-kompetizzjoni tagħna b’wirjiet kbar.

“Ir-ringrazzjamenti mill-qalb tagħna jmor­ru lilhom u lill-atleti l-oħra kollha għall- professjonalità, impenn u sagrifiċċji tagħ­hom.”

Il-lista tal-Aqwa Parteċipanti tas-Serie A għall-istaġun 2019-20 hija:

MVP – Player tal-Istaġun: Paulo Dybala (Juventus)

Player Żagħżugħ tal-Istaġun: Dejan Kulusevski (Parma)

L-Aqwa Attakkant tal-Istaġun: Ciro Immobile (Lazio)

L-Aqwa Midfielder tal-istaġun: Alejandro Gomez (Atalanta)

L-Aqwa Difensur tal-Istaġun: Stefan de Vrij (Inter)

L-Aqwa Goalkeeper tal-Istaġun: Woj­ciech Szczesny (Juventus)

Share With: