Persuna tmut fi ġlied bejn sostenituri ta’ Trump u dimostranti ta’ Black Lives Matter

Mill-inqas persuna waħda hija rapportata li mietet wara li konvoj ta’ karozzi ta’ sostenituri armati tal-President Amerikan Donald Trump ipprovaw iwaqqfu protesta ta’ Black Lives Matter f’Portland. Il-midja qed tirrapporta li kien hemm diversi inċidenti bejn is-sostenituri ta’ Trump u d-dimostranti.

Il-Pulizija wettqet diversi arresti matul il-lejl li għadda madankollu ma kkonfermawx jekk l-isparatura li sarrfet f’vittma kinitx relatata mal-konvoj ta’ Trump.

Tliet persuni oħrajn kienu rapportew li sofrew xi ġrieħi.

Il-konvoj tas-sostenituri ta’ Trump kien jikkonsisti minn madwar 600 karozza, bil-biċċa l-kbira tagħhom juru b’mod prominenti l-bnadar ta’ Trump.

Share With: