Persuni neqsin mid-dawl jaħdmu fuq skulturi tat-tafal

“l-għan tagħna hu li aħna l-għomja nitgħallmu ħiliet ġodda fl-iskultura”

Nhar il-Ġimgħa 7 t’Awwissu fil-Buskett, Maria Elich, Epifanio Vella u Steven Mizzi, tliet persuni neqsin mid-dawl kienu qed jaħdmu fuq skulturi tat-tafal.

Maria, Epifanio u Steven huma parti mill-Visual Non-Visual Network, u flimkien jagħmlu diversi proġetti artistiċi biex iqajmu aktar għarfien dwar il-bżonn ta’ aktar inklużjoni fis-Soċjetà.

Iċ-Ċermen Eżekuttiv ta’ din l-għaqda Chris Grima, spjega kif dan in-Network beda fl-2013, u minn dakinhar ma ħarisx lura.

Grima spjega li l-iskop huwa li nwasslu għal indipendenza, mhux jiddependu la minn ħaddieħor, la mill-familja u qas mis-soċjetà. Anzi jekk Alla jrid naslu biex narawhom leaders f’ċertu setturi.”

Grima qal kif Maria, Epifanio u Steven qed jitgħallmu jaħdmu dawn l-iskulturi flimkien mal-iskultur Charles Sammut biex imbagħad huma wkoll ikunu jistgħu jgħallmu persuni oħra neqsin mid-dawl

Maria Elich u Epifanio Vella qalulna li din l-għaqda qed tgħinhom jgħixu ħajja aħjar.

Marija li “nagħmlu dan b’determinazzjoni, dixxiplina u b’imħabba quddiem l-ifisi li ġġib magħha l-għomja u għal kulħadd.” Min-naħa tiegħu, Vella stqarr li “l-għan tagħna hu li aħna l-għomja nitgħallmu ħiliet ġodda fl-iskultura.”

Share With: