Pingwin jinstab miexi fit-toroq tal-Ingilterra wara li ħarab miċ-ċentru tal-annimali slavaġ

Il-Pulizija fir-Renju Unit kienu xi ftit sorpriżi hekk kif matul il-ġimgħa li għaddiet iltaqgħu ma’ pingwin miexi fit-toroq. Dan il-pingwin deher miexi fit-toroq matul il-lejl fit-toroq ta’ Broxtowe, f’Nottinghamshire. Jidher li dan il-pingwin ħabar miċ-ċentru tal-annimali slavaġ. 

Il-kuntistabbli Gareth Philp assigura lin-nies li l-pingwin ġie rritornat lejn iċ-ċentru fejn jinsab sigur. 

Aktar kmieni din is-sena, grupp ta’ pingwini f’akkwarju fl-Amerika tħallew iduru ħielsa fil-faċilità wara li din ingħalqet għan-nies minħabba l-Coronavirus. 

Share With: