Piromagia tal-Italja huma r-rebbieħa tal-Festival Internazzjonali tan-Nar f’Malta

Ritratt: JOSEPH DUCA

Il-grupp Piromagia għadu kemm ġie mogħti l-premju ta’ din is-sena bħala r-rebbieħ tal-Festival Internazzjonali tan-Nar f’Malta.

Huma kellhom ħarqa nhar l-Erbgħa, 25 ta’ Lulju fl-Imqabba. B’kollox ġabu 645 punti.

Intant, fit-tieni post ġew il-Kamra tan-Nar, Banda Sant Andrija ta’ Ħal Luqa b’590 punti. Fit-tielet post ġew CSP Pirotechnique ta’ Franza. Huma ġabu 576 punti.

Il-Preżentazzjoni tal-unur issir nhar il-Ġimgħa fis-serata finali.

Share With: