Player ta’ Sevilla pożittiv għal Covid-19

Il-players fl-iskwadra ta’ Sevilla FC ittestjaw negattiv u rritornaw lura għat-taħriġ ġurnata wara li wieħed mill-membri ġie nfettat bil-coronavirus.

L-avversarji ta’ AS Roma fil-fażi tal-Aħħar 16 tal-UEFA Europa League ikkomunikaw fi stqarrija uffiċjali li l-plejer li nstab pożittiv huwa l-midfielder Serb, Nemanja Gudelj.  Huwa għamel swab tests bħal kumplament ta’ sħabu u nstab li hu pożittiv u għalhekk ġie ordnat joqgħod f’iżolament. Min-naħa l-oħra l-plejers tat-team mir-reġjun ta’ Andalucia qed jitħarrġu b’mod individwali sakemm jingħataw ordnijiet oħra.

Sadanittant se jsiru aktar testijiet nhar is-Sibt u t-Tnejn sabiex jiġi aċċertat li l-virus ma nfirixx.

Roma se jiffaċċjaw lil Sevilla fil-ground newtrali ta’ Duisburg fil-Ġermanja, fis-6 ta’ Awwissu, li ġej biex ifittxu post fil-kwarti tal-finali.

Share With: