Pressjoni fuq il-ħaddiema tal-ambulanzi… uħud fi kwarantina wara li marru għal pazjenta pożittiva bil-virus

Minn MELVIN FARRUGIA

Il-ħaddiema tal-ambulanzi jinsabu taħt pressjoni hekk kif kien hemm xi ħaddiema minn fosthom li marru għal pazjenta u sar magħruf li hi pozittiva għall-Covid-19. 

Għaldaqstant, dawn iridu jagħmlu kwarantina ta’ 15-il ġurnata, filwaqt li jridu jagħmlu wkoll swab test. 

Bħalissa qiegħda ssir contact tracing tal-ħaddiema l-oħra li setghu ġew f’kuntatt magħhom, peress li dawn l-istess E.A.R’s għamlu min tal-inqas tliet sigħat ma’ kollegi tagħhom qabel ġew notifikati li jridu jmorru kwarantina obbligatorja. Ir-riskju hu li jekk xi ħadd mix-xufiera jiġi pożittiv, il-kumplament ikollhom imorru kwarantina wkoll, b’detriment għad-dipartiment u għas-servizzi tal-ambulanzi għax ikollu ħafna mill-Emergency Responders fi kwarantina.

Share With: