Professur jgħid li t-tfal se jbatu aktar jekk ma jmorrux skola milli jekk jaqbadhom il-virus

Professur mediku fir-Renju Unit qal li aktar hemm ċans li t-tfal ibatu jekk ma jirritornawx lejn l-iskola milli jekk jaqbadhom il-virus tal-Covid-19.

Il-professur Chris Whitty qal li l-probbabilità li t-tfal imutu kawża tal-pandemija huma minimi, iżda li dawn jitilfu l-lezzjonijiet hija xi ħaġa li tikkawżalhom ħsara li jibqgħu jsofru huma u jikbru. Miljuni ta’ tfal fl-Ingilterra, Wales u fl-Irlanda ta’ Fuq mistennija jirritornaw fuq il-bank tal-iskola minn hawn u ftit tal-ġimgħat oħra.

Il-professur qal li minkejja dan kollu, il-pandemija se sservi ta’ sfida għal mill-anqas disa’ xhur.

Share With: