Proġett ta’ €2.5 miljun favur ir-restawr tal-mina tal-ferrovija l-antika u faċilitajiet ġodda għall- Parlament

Il-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC) bħalissa għaddejja b’ħidma fuq proġett ta’ €2.5 miljun investiment mill-Uffiċċju tal-Ispeaker, fejn sar restawr fuq il-mina l-antika ta’ ferrovija u issa għaddej bini fuq struttura biex jiżdiedu l-faċilitajiet tal-Parlament. 

Il-Ministru Ian Borg qal, “il-gvern interessat li jkompli jinvesti fl-infrastruttura ta’ kull tip. Hawnhekk, qed naħdmu fuq żewġ binarji – ir-restawr u l-konservazzjoni tal-wirt arkitettoniku u storiku tagħna, kif ukoll faċilitajiet ġodda għall-ħidma amministrattiva. Kburi li l-GHRC ġiet fdata b’din il-ħidma importanti u ser inkomplu ninvestu biex nilħqu standards dejjem ogħla f’pajjiżna – kemm f’termini ta’ faċilitajiet kif ukoll fejn tidħol il-konservazzjoni u r-riġenerazzjoni.” 

Matul il-konferenza tal-aħbarijiet, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Depuati Anġlu Farrugia faħħar ix- xogħlijiet li saru fil-level -2 tal-binja tal-Parlament, li qed isiru taħt is-superviżjoni tal-GHRC. Huwa informa li f’din il-parti tal-binja ser ikun hemm il-librerija tal-Parlament, l-arkivji, kmamar tal- kumitati, kif ukoll aktar uffiċċji għal librara u research analysts. 

Huwa qal li jħares ’il quddiem sabiex jara x-xogħlijiet konklużi sal-aħħar tas-sena kurrenti, hekk kif, minħabba l-COVID-19, ix-xogħlijiet kienu twaqqfu għal perjodu ta’ żmien aktar kmieni matul is- sena. 

Ix-xogħol li għaddej bħalissa jinkludi struttura tal-ħadid ankrata biex tiflaħ is-sulari ta’ fuqha. 80% tal-istruttura hija mwaħħla u se tiġi miżbugħa b’żebgħa apposta kontra n-nar. Il-faċilitajiet jinkludu kamra tal-konferenzi, uffiċċju tar-riċerka, kamra tal-arkivji bi xkaffar motorizzat, librerija, uffiċini u faċilitajiet oħra. Mina sekondarja li kienet tintuża bħala passaġġ minn isfel għal Pjazza Ħelsien se tintuża bħala spazju għall-ħażna. Il-proġett juża wkoll elementi ta’ sound proofing u jinkludi aspetti estetiċi. Fost affarijiet oħra, fl-art se jintuża żonqor u polished concrete bi żrar partikolari kif kien hemm fi żmien il-ferrovija. Is-sular ta’ fuq se jkun aċċessibbli kemm bit-taraġ kif ukoll bil-lift. 

Minister for Transport, Infrastructure and Capital Projects Ian Borg visits the GHRC Parliament Project-Parliament building, Valletta-11-8-2020
Share With: