PSG se jkeċċu lil Thomas Tuchel?

Iċ-champions Franċiżi, Paris St Germain, qed jikkunsidraw li jtemmu ħesrem il-kuntratt tal-coach Thomas Tuchel.

Jidher li t-telfa ta’ 1-0 li l-Pariġini sofrew kontra Bayern Munich fil-finali tal-UEFA Champions League xejn ma niżlet tajjeb mal-ogħla diriġenti tal-club.

Tuchel mexxa lil PSG għar-rebħ tal-kampjonat wara li kif mistenni ddominaw l-istaġun. Huwa wassal lil dan it-team sal-finali tal-UEFA Champions League għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom iżda t-tattiċi tiegħu naqsu milli jimpressjonaw kontra l-qawwa Ġermaniża.

Tuchel għandu 46 sena u ilu jmexxi lil PSG sa mill-2018 fejn minn 104 partiti, rebaħ 80, ġie draw 11-il darba u tilef 13-il logħba. 

Share With: