Rafinha fir-radar ta’ Lazio

Lazio huma viċin li jiksbu s-servizzi tal-player ta’ nofs il-ground ta’ Barcelona Rafinha. Huwa għandu 27 sena u ilu mal-Blaugrana sa mis-sena 2011 fejn lagħab 56 partita u skorja tmien goals. F’dawn l-aħħar snin huwa kellu perjodu ta’ self ma’ Inter u Celta Vigo u ftit kien qed jiġi użat fl-ewwel 11 tat-team.

Anke l-istess Barcelona jixtiequ jbiegħu lil dan il-player u kien għalhekk li tfaċċaw Lazio li jixtiequ jiskbu s-servizzi tiegħu wara li fallew milli jikkonvinċu lil David Silva li min-naħa tiegħu ngħaqad ma’ Real Sociedad.

Rafael Alcantara do Nascimento hu stmat li jiswa €12-il miljun b’Lazio jinsabu lesti jħallsu din is-somma.

Share With: