Raġel isofri ġrieħi gravi waqt argument

Raġel ta’ 19-il sena residenti l-Ħamrun, sofra ġrieħi gravi waqt argument fin-Naxxar. 

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-06.05 p.m. fejn il-Pulizija ġew informati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar. 

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru fuq il-post irriżulta li kien seħħ argument bejn ir-raġel ta’ 19-il sena u żewġt irġiel oħra li l-identità tagħhom għadha mhix magħrufa. 

Waqt dan l-argument allegatament intuża oġġett iebes. Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza għal aktar kura medika. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. 

Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ. 

Share With: