Raġel isofri ġrieħi gravi wara li qabeż sular biex jaċċessa l-gallerija

Raġel ta’ 31 sena residenti l-Mosta, qiegħed jingħata l-kura fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa residenza fi Triq Ħamri, f’Għajnsielem. 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel qabeż min madwar sular għoli biex jaċċessa l-gallarija tar-residenza u għaldaqstant sofra xi ġrieħi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qegħdin jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett. 

Share With: