Raġel isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ f’bir vojt fl-Isla

Raġel Franċiż ta’ 54 sena residenti l-Isla, qiegħed jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei għal ġrieħi gravi li sofra wara li waqa’. 

Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tal-10.00 a.m., meta l-Pulizija ġiet informata li kien hemm bżonn l-assistenza f’residenza fi Triq San Filippu, l-Isla. 

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel waqa’ għoli ta’ madwar tliet metri ġo bir vojt. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. 

Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

Share With: