Raġel mill-Imsida jitlef ħajtu fid-Dwejra

Raġel ta’ 60 sena mill-Imsida tilef ħajtu wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-5:15 p.m sab ruħu f’diffikultà fid-Dwejra, Għawdex.

Fil-post issejħu minnufih il-Pulizija, ambulanza u tim mediku.

L-infermiera għamlu xi ħin jassistu lill-anzjan fil-post iżda sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Fil-post intervjena wkoll il-ħelikopter tal-AFM, iżda r-raġel laħaq ittella’ minn xi nies u kuntistabbli li kienu fiż-żona.

Bil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Simone Grech li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

Share With: