Raġel mixli b’hold-up fuq anzjan

Raġel ta’ 45 sena li qed jgħix Ħal Għaxaq qed jinżamm taħt arrest wara li ġie akkużat li ikkommetta hold-up fuq anzjan.

Joseph Attard kien mixli fit-12 ta’ Awwissu li għadda, minn dar fil-Gudja, seraq żewġ telefons ċellulari b’dannu għal Carmel Sammut u li żamm lil dan l-anzjan ta’ 70 sena kontra l-volontà tiegħu.

Huwa kien mixli wkoll li fl-istess jum, minn dar oħra fil-Gudja, ikkommetta serqa b’dannu għal Ryan Farrugia u li kiser sentenzi tal-Qorti.

Il-Maġistrat Josette Demicoli kienet infurmata mill-ispetturi li investigaw dan il-każ li huma rċevew tliet rapporti dwar serq minn djar fil-Gudja.

F’waħda mis-serqiet l-akkużat ġie wiċċ imb’wiċċ mal-persuna li kienet id-dar u ħareġ turnavit bil-vittma tiddefendi lilha nnifsha qabel l-imputat ħarab minn fuq il-post.

Fit-tieni serqa huwa nstema jipprova jiftaħ bieb u meta l-persuna li kienet ġewwa semgħat il-ħsejjes u ħarġet staqsiha għal perit. Meta l-Pulizija rat is-CCTV cameras innutatu jbagħbas mas-serratura tal-bieb.

Attard wieġeb mhux ħati ta’ dawn l-akkużi madankollu baqa’ arrestat wara li l-Avukat Christopher Cutajar informa lill-imsemmija maġistrat kif ma kienx se jitlob il-ħelsien mill-arrest.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Ispetturi Fabian Fleri, Lydon Zammit u Rodrick Attard.

Share With: