Raġel ta’ 31 sena jammetti li seraq żewġ tfajliet

Tarxiniż ta’ 31 sena baqa’ miżmum taħt arrest wara li ammetta li seraq żewġ tfajliet.

Keith Felice ammetta li fit-8 ta’ Awwissu li għadda, fl-istess lokalità, seraq €60 u pakkett sigaretti lil tfajla kif ukoll li żammha kontra l-volontà tagħha.

Huwa ammetta wkoll li fl-istess jum, imma f’Wied il-Għajn, seraq it-telefon ċellulari ta’ tfajla oħra, flimkien ma’ xi oġġetti oħra imma mhux jaqbel li l-valur ta’ din is-serqa kien ta’ €2,329 kif ġie akkużat.

Felice wieġeb mhux ħati taż-żewġ akkużi l-oħra li qed jiffaċċja jiġifieri li żamm lil tfajla kontra l-volontà tagħha u li kellu fuqu ‘stun gun’.

Għalkemm huwa talab il-ħelsien mill-arrest din ġiet miċħuda minħabba l-biża’ li minħabba l-vizzju tad-droga jikkommetti reat ieħor.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Ispetturi Mario Xiberras u Joanna Piscopo waqt li l-Avukat Joseph Brincat qed jiddefendi lil Felice.

Share With: