Ritratt li jiddefenixxi l-2020… Iżewweġ it-tibdil fil-klima u l-pandemija tal-COVID-19

Matul l-aħħar xhur rajna diversi ritratti li jissimbolizzaw is-sena 2020. Sena li bla dubju se tibqa mfakkra għall-pandemija COVID-19 li ħasdet lid-dinja kollha. Minkejja dawn ir-ritratti u filmati kollha, ritratt riċenti li ttieħed mill-fotografu Noah Berger jiġbor fih iż-żewġ elementi li sfidaw bil-kbir is-sena 2020.

F’dan ir-ritratt wieħed jista’ jara nirien kbar li ħakmu lil Northern California u li jissimbolizzaw it-tibdil fil-klima u tabella li tgħid biex jintlibsu l-maskli, tinżamm id-distanza soċjoli u naħslu idejna biex nipprevenu l-pandemija COVID-19.

Share With: