Robert Abela b’aktar mid-doppju tal-fiduċja fuq ‘kapijiet’ Nazzjonalisti

Mill-istħarriġ li sar minn Sagalytics, irriżulta li l-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela jgawdi l- fiduċja tal-maġġoranza assoluta tal-elettorat. 

Għall-mistoqsija ‘Min taħseb li huwa l-aħjar mexxej biex imexxi l-pajjiż?’ 51.5% wieġbu li jafdaw l-aktar lil Robert Abela, waqt li 21.4% wieġbu li jippreferu lil Adrian Delia jew persuna oħra fil-Partit Nazzjonalista. Mill-banda l-oħra, 10.4% wieġbu li ma jafdaw lil ħadd, 9.9% wieġbu li huma indeċiżi, waqt li 6.7% qalu oħrajn. 

Fost il-votanti li vvutaw lill- Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali tal-2017, 84.6% wieġbu li jafdaw l-aktar lil Robert Abela, 1.9% wieġbu li jafdaw lil Adrian Delia jew persuna oħra fil-Partit Nazzjonalista, 4.7% rrifjutaw li jwieġbu jew jinsabu indeċiżi, 3.9% qalu oħrajn u 5.0% wieġbu li ma jafdaw lil ħadd. 

Votanti li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-2017, 52.9% wieġbu li jafdaw lil Adrian Delia, 16.3% rrifjutaw li jwieġbu jew stqarrew li huma indeċiżi. 6.3% li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl- aħħar elezzjoni wieġbu li jafdaw lil Robert Abela, 16.8% qalu li ma jafdaw lil ħadd, u 7.7% wieġbu oħrajn. 

Meta sar l-istħarriġ

L-istħarriġ  sar bejn it-3 u s-7 t’Awwissu fost 600 persuna b’Livell ta’ Kunfidenza ta’ 95% u margin of error ta’ ±4%. Sagalytics użat il-metodu ta’ Stratified Sampling, b’rappreżentanza distrettwali b’etajiet u ġeneri differenti. 

Share With: