Roberta Metsola “ma teskludi xejn”

Dwar dak li għaddej fil-PN, tkellmet ukoll l-Ewroparlamentari Roberta Metsola, li f’kumment fuq il-midja soċjali, ddeskriviet r-riżultata bħala wieħed ċar, “li minnu għandhom jinġibdu l-konklużjonijiet biex il-PN jerġa’ jsir Partit kredibbli.”

Metsola m’elenkatx jekk hux qiegħda tikkunsidra li titfa’ n-nomina għal Kap tal-Partit, pero’ saħqet li hija qiegħda “tikkunsidra l-għażliet kollha, u mhu qegħdin neskludi xejn. Kif dejjem għidt u għamilt, jiena lesta li nagħmel il-parti tiegħi kull fejn ikun hemm bżonn.”

“Bħalma għidt qabel il-vot, dan mhux żmien ta’ ambizzjonijiet personali, imma l-mira għandha tkun l-aqwa interess tal-Partit u ta’ pajjiżna… F’dawn is-siegħat irridu nissikutu fejn se naslu, aktar milli minn fejn se nitilqu.”

Share With: