Roma għadhom jinsistu fuq Chris Smalling

Roma għadhom ma qatgħux qalbhom li jiksbu s-servizzi għal kollox tad-difensur ta’ Manchester United Chris Smalling. Dan tal-aħħar kien b’self magħhom fl-istaġun li għadda u spikka ferm fil-partiti kollha lil lagħab. 

L-għan tad-diriġenti tal-club mill-kapitali Taljana hi dik li jipperswadu lir-Red Devils biex iħalluh jingħaqad magħhom. Anke r-rieda tal-player hi dik li jibqa’ jilgħab fi Stadio Olimpico.

Sadanittant, il-Giallorossi ħasbu fuq Pjan B fejn ladarba Manchester United jonqsu milli jċedu lil dan il-player, pront hemm id-difensur ta’ Arsenal, Sokratis Papastathopoulos, li jogħġob ħafna lill-coach Romanista.

It-taħditiet bejn il-partijiet konċernati mistennija jkomplu fil-jiem li ġejjin.

Share With: