Roma wara Sead Kolasinac

AS Roma qed isegwu l-progress tad-difensur ċentrali ta’ Arsenal, Sead Kolasinac. Dan tal-aħħar għandu 27 sena u huwa favorevoli li jibda avventura fis-Serie A Taljana.

Wara li akkwistaw lil Pedro Rodriguez u tawh kuntratt ta’ tliet snin, id-diriġenti mill-belt kapitali Taljana qed jaħsbu biex jiffirmaw lil Kolasinac li huwa kkunsidrat bħala difensur ta’ kwalitá.

Huwa rrappurtat li l-coach ta’ Roma, Paulo Fonseca, jinsab lest biex jiffirma difensuri ta’ kwalitá biex jevitaw problemi u żbalji banali fid-difiża li kien detrimentali fl-istaġun li għadda.

Kolasinac ingħaqad ma’ Arsenal fuq free transfer f’Lulju 2017 mingħand Schalke 04 għas-somma ta’ €16-il miljun.

Share With: