Ronald Koeman irid lil Memphis Depay

Il-coach il-ġdid ta’ Barcelona, Ronald Koeman, irrid jiffirma lill-attakkant ta’ Olympique Lyon, Memphis Depay. Dan tal-aħħar għandu 26 sena u f’dawn l-aħħar snin spikka ferm mat-timijiet li lagħab magħhom fosthom PSV Eindhoven fejn kien skorja 39 goal f’90 partita. Forsi l-perjodu ta’ sentejn ma’ Manchester United ma ħalliex il-frott mixtieq iżda l-player ma qatax qalbu bil-konsegwenza li baqa’ għaddej għal triqtu.

Depay diġá kellu esperjenza ta’ Koeman fit-team nazzjonali Olandiż.  Huwa rrappreżenta 51 darba lil pajjiżu u skorja 19-il goal magħhom.

Share With: