Ronald Koeman jaħdem fuq l-istaff il-ġdid tiegħu

Il-coach il-ġdid ta’ Barcelona Ronald Koeman mistenni jaħtar lil Alfred Schreuder bħala l-assistent tiegħu fil-Camp Nou.

L-ex stilla ta’ Barcelona ħa post il-predeċessur tiegħu Quique Setien fil-bidu ta’ din il-ġimgħa wara li tkeċċa ftit sigħat wara l-eliminazzjoni li l-Blaugrana sofrew kontra Bayern Munich meta sofrew xejn inqas minn tmien goals. Din kienet waħda mill-akbar telfiet li qatt sofra dan it-team li mdorri jirbaħ diversi unuri fl-istorja tiegħu.

Schreuder kien diġá assistant coach ta’ Erik ten Haag ma’ Ajax qabel ma mexxa lil Hoffenheim fl-istaġun ta’ qabel.

L-għan ta’ Koeman huwa li jimmotiva lill-players tiegħu wara staġun diżappuntanti li kellhom f’kull kompetizzjoni li ħadu sehem fiha.

Share With: