Ryan Sessegnon fir-radar ta’ Ajax

Ajax qed isegwu sew il-progress tal-winger ta’ Tottenham Hotspur, Ryan Sessegnon. Huwa għandu 20 sena u meqjus li għandu futur kbir quddiemu. Anke l-coach Jose Mourinho faħħar il-kwalitajiet ta’ dan il-player minħabba li huwa meqjus bħala wieħed versatili fejn kapaċi jilgħab man-naħa xellugija tal-ground kemm fid-difiża kif ukoll fl-attakk. Minkejja dan it-tifħir kollu, Sessegnon ftit sab ċans jibda sa mill-bidu fl-ewwel ħdax ta’ Mourinho u qed jikkunsidra l-offerta tal-ġganti Olandiżi. 

Tottenham mhux beħsiebhom ibigħuh iżda jistgħu jagħżlu li jagħtuh b’self.

Sessegnon ingħaqad ma’ Tottenham matul is-sena l-oħra u minn dakinhar  lagħab sitt logħbiet biss.

Share With: