Ryanair mistennija tikkanċella diversi titjiriet minħabba ż-żieda fir-restrizzjonijiet mir-Renju Unit

Minn MELVIN FARRUGIA

Ryanair mistennija tikkanċella waħda minn kull ħames titjiriet mill-iskedi tagħha f’Settembru u Ottubru wara li kien hemm nuqqas ta’ titjiriet ibbukkjati fl-aħħa għaxart ijiem. Dan hekk kif il-każi fl-Ewropa ta’ COVID-19 komplew jiżdiedu u għalhekk l-Ingilterra żiedet il-miżuri restrittivi. 

L-akbar linja tal-ajru fl-Ewropa qalet li naqsu t-titjiriet ibbukkjati u għalhekk ikun hemm bżonn biss 20% mill-kapaċità tagħha biex tirrifletti d-domanda li hemm. Għalhekk temmen li għandha tnaqqas il-frekwenza tat-titjiriet, aktar milli r-rotot. 

Spjegat li l-akbar qtugħ se jkun lejn Franza, Spanja u l-Iżvezja, kif ukoll lejn l-Irlanda li imponiet regoli ta’ kwarantina li huma stretti ħafna. 

Il-linja tal-ajru qalet li l-passiġġieri kollha li se jiġu affettwati minn kanċellazzjoni f’Settembru ġew notifikati u avżati bl-għażliet li għandhom. 

Share With: