Salib fil-Mellieħa jista’ jitpoġġa mill-ġdid f’postu

Ritratt: Viktor Vella

Fl-aħħar ħin kemm is-Sindku Mellieħi Dario Vella kif ukoll l-Onorevoli Clayton Bartolo ħabbru li wara diskussjonijiet mal-Prim Ministru Robert Abela, ġie deċiż li s-salib li aktar kmieni kellu jitneħħa fuq avviż ta’ infurzar, jista’ jerġa’ jitqiegħed f’postu. 

Aktar kmieni dalgħodu xi persuni tkellmu dwar id-diżappunt tagħhom rigward id-deċiżjoni li jitneħħa salib li ttella għall-Ġimgħa l-Kbira bħala tradizzjoni u tħalla biex iħarisna minn din il-pandemija kellu jitneħħa fuq rapport. Fost dawk li kkummentaw kien hemm is-Sindku Dario Vella li qal li dawn huma mumenti ta’ kuraġġ b mod speċjali f’dawn iż-żminijiet diffiċli. Mumenti li għandna ningħaqdu lkoll flimkien.

L-Onorevoli Clayton Bartolo minnufih qal li se jkun qed jgħin biex l-istess salib li tneħħa minħabba avviż ta’ infurzar jerġa’ jittella’ f’postu kif kien ilu hemm għal dawn l-aħħar xhur.

Share With: