Sewwieq ta’ mutur jsofri ġrieħi gravi wara impatt ma’ karozza oħra

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-5:30 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq San Pawl, Naxxar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li kien seħħ impattbejn mutur ta’ tip Honda misjuq minn raġel ta’ 27 sena residenti San Pawl il-Baħar u vettura tat-tip Nissan misjuqa minn mara ta’ 34 sena residenti n-Naxxar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Share With: