Simon Cowell… ċentimetru milli jibqa’ paralizzat wara l-inċident fuq ir-rota

L-organizzatur ta’ X-Factor, Simon Cowell kellu bżonn operazzjoni ta’ sitt sigħat f’dahru wara li sofra ksur meta waqa’ minn fuq ir-rota elettrika tiegħu. 

Jidher li minkejja li Cowell kiser dahru minn diversi bnadi u s-sitwazzjoni kienet waħda serja, hu ma kisirx ix-xewka ta’ dahru b’ċentimetru. Kieku kien jibqa’ paralizzat għal għomru. 

Wara l-inċident, Cowell kellu jiġi operat fejn tpoġħietlu anke ħadida ma’ dahru. Issa qed jiġi rikoverat l-isptar, fejn mistenni jdum xi ftit tal-ġranet oħra. 

Share With: